Home
Categories
EXPLORE
True Crime
Comedy
Society & Culture
Business
Sports
History
News
About Us
Contact Us
Copyright
© 2024 PodJoint
00:00 / 00:00
Sign in

or

Don't have an account?
Sign up
Forgot password
https://is1-ssl.mzstatic.com/image/thumb/Podcasts221/v4/4b/37/7f/4b377fde-af6c-4dc4-253b-0b63827b422f/mza_9629982880556216505.jpg/600x600bb.jpg
L-Ewropa u jien
Parlament Ewropew
25 episodes
3 hours ago
Ħarsa lejn id-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem bil-lenti tal-UE   F’dan il-podcast se ssib l-aħħar żviluppi rigward premjijiet prestiġjużi bħall-Premju Sakharov għal-Libertà tal-Ħsieb, il-Premju LUX tal-Udjenza, il-Premju Karlu Manju għaż-Żgħażagħ Ewropej u l-Premju Daphne Caruana Galizia għall-Ġurnaliżmu. Żomm ruħek aġġornat għal rappurtar komprensiv u aġġornamenti dwar l-inizjattivi tal-Parlament Ewropew biex jiġu appoġġjati d-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem. Tista’ tisma’ aktar podcasts fuq Europarl Radio, ir-radju online tal-Parlament Ewropew.
Show more...
Politics
News,
Government
RSS
All content for L-Ewropa u jien is the property of Parlament Ewropew and is served directly from their servers with no modification, redirects, or rehosting. The podcast is not affiliated with or endorsed by Podjoint in any way.
Ħarsa lejn id-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem bil-lenti tal-UE   F’dan il-podcast se ssib l-aħħar żviluppi rigward premjijiet prestiġjużi bħall-Premju Sakharov għal-Libertà tal-Ħsieb, il-Premju LUX tal-Udjenza, il-Premju Karlu Manju għaż-Żgħażagħ Ewropej u l-Premju Daphne Caruana Galizia għall-Ġurnaliżmu. Żomm ruħek aġġornat għal rappurtar komprensiv u aġġornamenti dwar l-inizjattivi tal-Parlament Ewropew biex jiġu appoġġjati d-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem. Tista’ tisma’ aktar podcasts fuq Europarl Radio, ir-radju online tal-Parlament Ewropew.
Show more...
Politics
News,
Government
Episodes (20/25)
L-Ewropa u jien
Il-Premju Daphne Caruana Galizia għall-Ġurnaliżmu 2025

Il-Premju Daphne Caruana Galizia għall-Ġurnaliżmu 2025 ingħata lil “Follow the Money”, pjattaforma Netherlandiża tal-ġurnaliżmu investigattiv. L-investigazzjoni, li saret f’kollaborazzjoni ma’ 13-il kamra tal-aħbarijiet mill-Belġju, id-Danimarka, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Italja, in-Norveġja, u r-Renju Unit, kixfet kif is-sidien tal-bastimenti tal-Punent qalgħu aktar minn 6 biljun dollaru mill-bejgħ ta’ 230 tanker qadim lill-flotta mistura tar-Russja.

Il-premju jikkontribwixxi għall-promozzjoni tal-prinċipji u l-valuri tal-Unjoni Ewropea, kif imnaqqxa fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Huwa msemmi f’ġieħ Daphne Caruana Galizia, il-ġurnalista, bloger u attivista Maltija kontra l-korruzzjoni li nqatlet fl-2017.

Show more...
3 days ago
3 minutes 39 seconds

L-Ewropa u jien
Il-Premju Sakharov għal-Libertà tal-Ħsieb 2025

Il-ġurnalisti mitfugħa l-ħabs, Andrzej Poczobut mill-Belarussja u Mzia Amaglobeli mill-Georgia huma r-rebbieħa tal-Premju Sakharov għal-Libertà tal-Ħsieb tal-Parlament Ewropew 2025.

Il-Premju Sakharov għal-Libertà tal-Ħsieb twaqqaf fl-1988 biex jonora individwi u organizzazzjonijiet li jiddefendu d-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali.

Show more...
1 week ago
2 minutes 55 seconds

L-Ewropa u jien
Ewropa Kreattiva – opportunitajiet għaż-żgħażagħ fl-Unjoni Ewropea

Ewropa Kreattiva huwa l-programm tal-Unjoni Ewropea li jrawwem il-kreattività. Għandu l-għan li jiżviluppa u jippromwovi d-diversità u l-wirt kulturali tal-Ewropa. Il-programm jappoġġja s-setturi kulturali u artistiċi, b’mod partikolari s-settur awdjoviżiv, sabiex l-Ewropa ssir aktar inklużiva, diġitali u ambjentalment sostenibbli. Jekk int professjonist żagħżugħ jew organizzazzjoni li taħdem fis-setturi kulturali u artistiċi, skopri kif l-Unjoni Ewropea tista’ tgħinek tagħti l-ħajja lill-proġett kreattiv tiegħek.

Show more...
1 week ago
11 minutes 3 seconds

L-Ewropa u jien
Il-Jum Internazzjonali tal-Lingwaġġ Ċar

Kull sena, sa mill-2011, infakkru l-Jum Internazzjonali tal-Lingwaġġ Ċar fit-13 ta’ Ottubru. Dan xi jfisser?

Show more...
3 weeks ago
1 minute 45 seconds

L-Ewropa u jien
LUX – Il-Premju Ċinematografiku Ewropew tal-Udjenza 2026

Il-ħames films finalisti għall-Premju LUX tal-Udjenza 2026 huma: Christy, Deaf, It Was Just an Accident, Love Me Tender u Sentimental Value.

Il-Premju LUX jitfa’ dawl fuq films li jittrattaw ċerti temi soċjali u politiċi. L-għan tiegħu huwa li jħeġġeġ id-dibattitu u r-riflessjoni filwaqt li juża l-films biex jgħin fl-iżvilupp ta’ identità Ewropea aktar b’saħħitha.

Show more...
3 weeks ago
7 minutes 35 seconds

L-Ewropa u jien
Ingħaqad ma’ Europarl Radio live għal Jum il-Multilingwiżmu!

Niżżel id-data fil-kalendarju! Fis-27 ta’ Settembru, se nkunu qed inwasslulek skeda ppakkjata mimlija intervisti u għarfien minn Jum il-Multilingwiżmu, kif ukoll mużika mill-Ewropa kollha. Segwina live fuq Europarl Radio.

Show more...
2 months ago
1 minute 28 seconds

L-Ewropa u jien
Ingħaqad live magħna fuq Europarl Radio għall-Avveniment Ewropew taż-Żgħażagħ!

Fit-13 u l-14 ta’ Ġunju, se nkunu qed inwasslulek skeda ppakkjata, mimlija intervisti multilingwi u informazzjoni mill-Avveniment Ewropew taż-Żgħażagħ, kif ukoll mużika mill-Ewropa kollha. Segwina LIVE fuq l-istazzjon bl-Ingliż ta’ Europarl Radio.

Show more...
4 months ago
1 minute 47 seconds

L-Ewropa u jien
Gwida biex tissieħeb fil-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà

Għandek bejn it-18 u t-30 sena u qed tfittex opportunità biex tgħin lill-komunità usa’, fl-Ewropa u lil hinn minnha?

Tista’ tagħmel dan bis-saħħa ta’ finanzjament u appoġġ mill-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà, li jgħin liż-żgħażagħ jieħdu sehem fi proġetti li jsiru jew barra minn pajjiżhom jew f’pajjiżhom stess.

Dawn il-proġetti joffrulek esperjenza li tispirak u li ttik sens ta’ responsabbiltà. Apparti minn hekk, jagħtuk iċ-ċans li tbiddel ħajtek għall-aħjar filwaqt li tiżviluppa l-ħiliet u l-kompetenzi tiegħek.

Show more...
5 months ago
9 minutes 34 seconds

L-Ewropa u jien
Ingħaqad live magħna fuq Europarl Radio għal Jum l-Ewropa!

Fl-4 u l-10 ta’ Mejju, se nkunu qed inwasslulek skeda ppakkjata, mimlija intervisti multilingwi u informazzjoni minn Jum l-Ewropa, kif ukoll mużika mill-Ewropa kollha. Segwina LIVE fuq l-istazzjon bl-Ingliż ta’ Europarl Radio.

Show more...
6 months ago
1 minute 11 seconds

L-Ewropa u jien
LUX – Il-Premju Ċinematografiku Ewropew tal-Udjenza 2025

- Ir-rebbieħ tal-LUX - Il-Premju Ċinematografiku Ewropew tal-Udjenza 2025 huwa “Flow”.

Il-Premju LUX jixħet dawl fuq films li jittrattaw temi soċjali u politiċi. L-għan tiegħu huwa li jinkoraġġixxi d-dibattitu u r-riflessjoni, filwaqt li juża l-films bħala għodda li tgħinna nsaħħu l-identità Ewropea tagħna.

Show more...
6 months ago
2 minutes 11 seconds

L-Ewropa u jien
Il-Premju Daphne Caruana Galizia għall-Ġurnaliżmu 2024
Il-Premju Daphne Caruana Galizia għall-Ġurnaliżmu 2024 imur għal Lost in Europe, proġett ta’ ġurnaliżmu transfruntier mingħajr skop ta’ qligħ. L-investigazzjoni rebbieħa żvelat li aktar minn 51,000 migrant minorenni mhux akkumpanjat għebu wara li waslu fl-Ewropa bejn l-2021 u l-2023. Il-Premju jikkontribwixxi għall-promozzjoni tal-prinċipji u l-valuri tal-Unjoni Ewropea, kif imnaqqxa fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Huwa msemmi f’ġieħ Daphne Caruana Galizia, il-ġurnalista, bloger u attivista Maltija kontra l-korruzzjoni li nqatlet fl-2017.
Show more...
1 year ago
4 minutes 47 seconds

L-Ewropa u jien
Il-Premju Sakharov għal-Libertà tal-Ħsieb 2024
María Corina Machado u Edmundo González Urrutia huma r-rebbieħa tal-edizzjoni 2024 tal-Premju Sakharov għal-Libertà tal-Ħsieb tal-Parlament Ewropew.
Show more...
1 year ago
3 minutes 55 seconds

L-Ewropa u jien
L-Ewrobarometru - L-istħarriġ tal-Unjoni Ewropea ta’ wara l-elezzjoni 2024
Iż-żieda fil-prezzijiet, l-għoli tal-ħajja u s-sitwazzjoni ekonomika kienu t-temi ewlenin li mmotivaw lil aktar minn 40% taċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea biex jivvutaw fl-aħħar elezzjonijiet Ewropej. Terz tal-votanti qalu li s-sitwazzjoni internazzjonali kienet suġġett li ħeġġiġhom jivvutaw, filwaqt li proporzjon simili semma d-difiża tad-demokrazija u l-istat tad-dritt bħala fattur motivanti. Dawn huma wħud mis-sejbiet ewlenin tal-Istħarriġ tal-UE ta’ wara l-elezzjoni 2024.
Show more...
1 year ago
3 minutes 15 seconds

L-Ewropa u jien
LUX - Il-Premju Ċinematografiku Ewropew tal-Udjenza 2025
Il-ħames films finalisti għall-Premju LUX tal-Udjenza 2025 huma: Animal, Dahomey, Flow, Intercepted u Julie Keeps Quiet. Il-Premju LUX jixħet dawl fuq films li jittrattaw temi soċjali u politiċi. L-għan tiegħu huwa li jinkoraġġixxi d-dibattitu u r-riflessjoni, filwaqt li juża l-films biex jgħin fil-bini ta’ identità Ewropea aktar b’saħħitha.
Show more...
1 year ago
8 minutes 54 seconds

L-Ewropa u jien
Nispjegaw l-elezzjonijiet Ewropej: kif tista’ ssib sorsi affidabbli
Wasal iż-żmien li nivvutaw! Bejn is-6 u d-9 ta’ Ġunju ta’ din is-sena, miljuni ta’ ċittadini tal-Unjoni Ewropea se jgħinu fit-tiswir tal-futur tal-Unjoni Ewropea billi jivvutaw fl-elezzjonijiet Ewropej. Il-Parlament Ewropew huwa l-uniku korp tal-Unjoni Ewropea elett direttament u l-elezzjonijiet Ewropej huma wieħed mill-akbar avvenimenti demokratiċi fid-dinja. Ingħaqad magħna f’dan l-episodju biex naqsmu miegħek xi suġġerimenti dwar kif tista’ ssib sorsi affidabbli fil-mixja għall-elezzjonijiet.
Show more...
1 year ago
5 minutes 34 seconds

L-Ewropa u jien
L-Ewrobarometru tal-Parlament għar-rebbiegħa 2024
L-Ewrobarometru għar-rebbiegħa 2024 wera li ċ-ċittadini jappoġġjaw bil-qawwi d-demokrazija u huma konxji ħafna tal-elezzjonijiet Ewropej li ġejjin. Il-votazzjoni biex jingħażlu l-Membri l-ġodda tal-Parlament Ewropew se ssir bejn is-6 u d-9 ta’ Ġunju 2024 fil-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea.
Show more...
1 year ago
3 minutes 37 seconds

L-Ewropa u jien
Nispjegaw l-elezzjonijiet Ewropej: kif jitqassmu s-siġġijiet?
Wasal iż-żmien li nivvutaw! Bejn is-6 u d-9 ta’ Ġunju ta’ din is-sena, miljuni ta’ ċittadini tal-UE se jgħinu fit-tiswir tal-futur tal-Unjoni Ewropea billi jivvutaw fl-elezzjonijiet Ewropej. Il-Parlament Ewropew huwa l-uniku korp tal-UE elett direttament u l-elezzjonijiet Ewropej huma wieħed mill-akbar avvenimenti demokratiċi fid-dinja. Ingħaqad magħna f’dan l-episodju hekk kif nagħtu ħarsa aktar mill-qrib lejn kif jitqassmu s-siġġijiet fost il-pajjiiżi tal-UE.
Show more...
1 year ago
4 minutes 43 seconds

L-Ewropa u jien
LUX – Il-Premju Ċinematografiku Ewropew tal-Udjenza 2024
Ir-rebbieħ tal-LUX – Il-Premju Ċinematografiku Ewropew tal-Udjenza 2024 huwa “The Teachers’ Lounge” Il-Premju LUX huwa strument li jitfa’ dawl u jġegħlna nirriflettu fuq films li jindirizzaw temi soċjali u politiċi. L-għan tiegħu hu li jinkoraġġixxi d-dibattitu u r-riflessjoni, filwaqt li juża l-films bħala għodda biex tgħinna nsaħħu l-identità Ewropea tagħna.
Show more...
1 year ago
3 minutes 31 seconds

L-Ewropa u jien
Nispjegaw l-elezzjonijiet Ewropej: kif taħdem is-sistema tal-votazzjoni?
Wasal iż-żmien li nivvutaw! Bejn is-6 u d-9 ta’ Ġunju ta’ din is-sena, miljuni ta’ ċittadini tal-UE se jgħinu fit-tiswir tal-futur tal-Unjoni Ewropea billi jivvutaw fl-elezzjonijiet Ewropej. Il-Parlament Ewropew huwa l-uniku korp tal-UE elett direttament u l-elezzjonijiet Ewropej huma wieħed mill-akbar avvenimenti demokratiċi fid-dinja. Ingħaqad magħna f’dan l-episodju hekk kif nagħtu ħarsa aktar mill-qrib lejn kif taħdem is-sistema tal-votazzjoni. Titlifx din l-opportunità biex issir taf kif jgħodd il-vot tiegħek!
Show more...
1 year ago
4 minutes 31 seconds

L-Ewropa u jien
Alexei Navalny, ir-rebbieħ tal-Premju Sakharov 2021
Navalny, l-aktar leħen prominenti tal-oppożizzjoni Russa, huwa magħruf li espona l-korruzzjoni u bħala kritiku qawwi tal-President Vladimir Putin. Miet f’ċirkostanzi misterjużi fis-16 ta’ Frar 2024, f’kolonja penali remota fl-Artiku. Fl-2021, ingħata l-Premju Sakharov għal-Libertà tal-Ħsieb tal-Parlament Ewropew.
Show more...
1 year ago
6 minutes 26 seconds

L-Ewropa u jien
Ħarsa lejn id-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem bil-lenti tal-UE   F’dan il-podcast se ssib l-aħħar żviluppi rigward premjijiet prestiġjużi bħall-Premju Sakharov għal-Libertà tal-Ħsieb, il-Premju LUX tal-Udjenza, il-Premju Karlu Manju għaż-Żgħażagħ Ewropej u l-Premju Daphne Caruana Galizia għall-Ġurnaliżmu. Żomm ruħek aġġornat għal rappurtar komprensiv u aġġornamenti dwar l-inizjattivi tal-Parlament Ewropew biex jiġu appoġġjati d-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem. Tista’ tisma’ aktar podcasts fuq Europarl Radio, ir-radju online tal-Parlament Ewropew.