
Ewropa Kreattiva huwa l-programm tal-Unjoni Ewropea li jrawwem il-kreattività. Għandu l-għan li jiżviluppa u jippromwovi d-diversità u l-wirt kulturali tal-Ewropa. Il-programm jappoġġja s-setturi kulturali u artistiċi, b’mod partikolari s-settur awdjoviżiv, sabiex l-Ewropa ssir aktar inklużiva, diġitali u ambjentalment sostenibbli. Jekk int professjonist żagħżugħ jew organizzazzjoni li taħdem fis-setturi kulturali u artistiċi, skopri kif l-Unjoni Ewropea tista’ tgħinek tagħti l-ħajja lill-proġett kreattiv tiegħek.