Home
Categories
EXPLORE
True Crime
Comedy
Society & Culture
Business
News
Sports
TV & Film
About Us
Contact Us
Copyright
© 2024 PodJoint
00:00 / 00:00
Sign in

or

Don't have an account?
Sign up
Forgot password
https://is1-ssl.mzstatic.com/image/thumb/Podcasts126/v4/f7/ab/fd/f7abfdc8-8de7-f19b-0b0a-7fe9d8b87021/mza_14305673515757514537.jpeg/600x600bb.jpg
Aphroconfuso
Aphroconfuso
66 episodes
3 weeks ago
Il-podcast tal-ġurnal letterarju Aphroconfuso. L-isem ġej mill-ewwel deskrizzjoni stampata li għandna tan-nies li kienu jgħixu fil-gżejjer Maltin, Insulae Melitae Descriptio ta’ Jean Quintin, Lyon 1536: “Siculo sunt homines ingenio, Aphro confuso: ad praelia parum fortes & commodi.” In-nies huma ta’ karattru Sqalli, imħallat mal-Afrikan, mhumiex mibnija għall-ġlied, u ma jinqalgħux għalih. L-isem huwa rilevanti iktar bħala sintomu milli bħala xi aġenda speċifika. Nuru kunfidenza u kurżità dwar l-identità Maltija fuq orizzonti ġodda lil hinn mill-binarji klassiċi ta’ Malti/Ingliż u Malti/Taljan. Konxji wkoll mill-fatt li l-Malti issa sar jintuża minn barranin li ġew joqogħdu Malta u li b’hekk qed jinħolqu orizzonti interni għall-ilsien Malti u nisperaw li fil-futur, bħala ġurnal, nibdew niskopruhom ukoll.

Hosted on Acast. See acast.com/privacy for more information.

Show more...
Books
Arts
RSS
All content for Aphroconfuso is the property of Aphroconfuso and is served directly from their servers with no modification, redirects, or rehosting. The podcast is not affiliated with or endorsed by Podjoint in any way.
Il-podcast tal-ġurnal letterarju Aphroconfuso. L-isem ġej mill-ewwel deskrizzjoni stampata li għandna tan-nies li kienu jgħixu fil-gżejjer Maltin, Insulae Melitae Descriptio ta’ Jean Quintin, Lyon 1536: “Siculo sunt homines ingenio, Aphro confuso: ad praelia parum fortes & commodi.” In-nies huma ta’ karattru Sqalli, imħallat mal-Afrikan, mhumiex mibnija għall-ġlied, u ma jinqalgħux għalih. L-isem huwa rilevanti iktar bħala sintomu milli bħala xi aġenda speċifika. Nuru kunfidenza u kurżità dwar l-identità Maltija fuq orizzonti ġodda lil hinn mill-binarji klassiċi ta’ Malti/Ingliż u Malti/Taljan. Konxji wkoll mill-fatt li l-Malti issa sar jintuża minn barranin li ġew joqogħdu Malta u li b’hekk qed jinħolqu orizzonti interni għall-ilsien Malti u nisperaw li fil-futur, bħala ġurnal, nibdew niskopruhom ukoll.

Hosted on Acast. See acast.com/privacy for more information.

Show more...
Books
Arts
Episodes (20/66)
Aphroconfuso
Es Sidr (silta) - Omar N’Shea

Es Sidr se jiġi ppubblikat f’Novembru 2025

It-tnedija se ssir l-Erbgħa 5 ta’ Novembru fis-6:15pm fuq l-istand ta’ Aphroconfuso fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb, Ta’ Qali. Ordna l-ktieb minn issa u ejja iġbru waqt it-tnedija, jew għidlina fejn inwassluhulek wara l-Festival.

Biex tordna dal-ktieb, ibgħat €20 lil revolut.me/aphroconfuso u ejja iġbru waqt it-tnedija, jew għidilna meta se tiġbru jew se nwassluhulek. Jekk m’għandekx Revolut, il-link tippermettilek li tħallas bil-card tiegħek. Tista’ wkoll tħallas bil-Paypal, fuq l-email kotba@aphroconfuso.mt.

Għal kull mistoqsija dwar xiri ta’ kotba, ibgħat email fuq kotba@aphroconfuso.mt.

Wara l-mewt ta’ ommu, Omar N’ Shea jsib file li donnha kienet ħallithulu apposta biex isibu. “Il-file mimli, imbulmat b’ittri miktubin mill-istess id... organizzati skont id-data ta’ meta nkitbu, bl-ewwel waħda fuq u l-aħħar waħda taħt nett.” Il-file kien rah qabel, snin ilu:

Darba, waqt dagħdigħa bħal tas-soltu biex nara x’se nsib fil-cupboard ta’ taħt, bqajt inqalleb iktar fil-qiegħ u kien ħareġ dal-file li għandi f’idi llum minn ġo basket tal-plastik isfar. Kien bejn files oħra ta’ ditta Amerikana taż-żejt u karti tal-ittri ta’ ditta li m’għadnix niftakarha. It-toqol tal-file kien mill-ewwel tani indikazzjoni li l-kontenut tiegħu kien importanti u li kien qed jinħeba. Ftaħtu immedjatament u mal-ewwel daqqa t’għajn indunajt li kien fih skoss ittri li kien kiteb Otman Salem Otman lil ommi. Il-kitba tiegħu tixbah ftit lil tagħha. Kitbilha ħafna. Kitbilha spiss. Kont naf min kien, però kont rajtu darba biss, u kont għadni wisq żgħir biex niftakar iktar minn dik il-memorja fuġġenti u effimera li għandi ta’ raġel sħaba f’żona tal-moħħ distanti immens. Nassoċjah ma’ dar żgħira l-Gżira li xi kultant ngħaddi minn ħdejha u nħokk mal-ħajt biex inħalli mal-ġakketta ftit trab mit-tmermir tal-faċċata, ma’ banju ilma sħun ifuħ, ma’ qmis bajda mgħoddija. Però l-memorja li għandi tiegħu tieqaf hemm. Ġieli nara ismu f’xi ċertifikat maħruġ mill-Insinwa, ġieli jkolli niktbu meta nkun qed nimla xi formola, u m’ilux staqsewni għalih biex joħorġu ċ-ċertifikat tal-mewt t’ommi. Il-bqija, baħħ.

Minn dawn l-ittri mibgħuta mil-Libja, Omar fl-aħħar jibda jgħaqqad l-istorja ta’ ommu u Otman, jibda jifhem l-aġir tal-familja tiegħu u t-tifsira ta’ ċerti memorji. U hekk kif jibda jimla l-lakuni f’dak li jaf dwaru nnifsu, fl-istorja tiegħu u ta’ niesu, u ta’ min kienu eżattament niesu, jibda jimla wkoll il-lakuni fl-istorja tagħna. L-istorja tibda fis-sebgħinijiet, f’dawk is-snin meta dan il-pajjiż tant qrib tagħna, f’daqqa waħda beda jinħass eqreb minn qatt qabel 

Hosted on Acast. See acast.com/privacy for more information.

Show more...
3 weeks ago
24 minutes 32 seconds

Aphroconfuso
Għalhekk Qed Nivvjaġġa bil-Mod #1: 7236 - Kristina Borg

Ftit metri oħra ’l ġewwa u ieħor minn dawn il-kloni jitlobni ċ-ċitt tal-karta u jistaqsi, “Da sola?” Għandek xi problema? jaħseb moħħi. Minflok, nirrispondi, “Sì,” u nipprova nżomm espressjoni newtrali, indifferenti, imma żgur li wiċċi qed jikxifni, dak dejjem jitkellem qabli u iktar minni. Qisu għad fadal l-aħħar ftit metri, u membru ieħor tal-ekwipaġġ jaqra ċ-ċitt tal-karta, ifittex ftit, u jistaqsi, “Da sola?” Il-ħanina dinja, erġajna! Qisha xi litanija tas-seba’ visti. Xi ż-żigg trid? Mhux aħjar tgħidli fejn għandi mmur, forsi norqod. Daqshekk stramba li mara tivvjaġġa waħedha? Anki Lucie Azema tikteb dwar kif fl-istorja tal-ivvjaġġar il-baħrin irġiel ma kinux iħallu n-nisa jitilgħu abbord, tant li ħolqu superstizzjoni li mara abbord iġġib xorti ħażina, l-istess bħall-fniek u l-qassisin.

Il-Kodiċi tal-Ġustizzja Klimatika li nsemmi fl-esej huwa Climate Justice Code: For artists, art workers, and arts organisations situated in the Global North, maħruġ mill-Climate Justice Code working group (Casco Art Institute 2023) u disponibbli online. The ABC of the Projectariat: Living and working in a precarious art world, ta’ Kuba Szreder huwa pubblikazzjoni Manchester University Press 2021; fuq il-website tagħhom, il-pubblikaturi għandhom sinopsi tajjeb tal-ktieb. Les femmes aussi sont du voyage: L’émancipation par le départ ta’ Lucie Azema huwa pubblikazzjoni Flammarion 2021. La vita bugiarda degli adulti ta’ Elena Ferrante huwa pubblikazzjoni E/O 2019.

Hosted on Acast. See acast.com/privacy for more information.

Show more...
1 month ago
30 minutes 8 seconds

Aphroconfuso
L-Għoxx Mera tar-Ruħ - Glorianne Micallef

« Issibha diffiċli biex tqum minn fuq il-bank. Tħoss qalbha tħabbat iżżejjed, wasal il-ħin li twettaq il-pjan li fasslet il-lejl ta’ qabel wara l-bikja, hi u tiekol biċċa wara biċċa mill-kejk sa ma taħnet nofsu. Taf li ma tistax tibqa’ bilqiegħda hemm għal dejjem. Taf li din il-bawxata, avolja daħlet fiha intortament, ħadd ma jista’ jgħinha toħroġ minnha ħlief hi. Isa, Anna Maria, kuraġġ. Allura tinqala’ minn fuq il-bank u tibda miexja, barra l-ġnien, minn maġenb iż-żwiemel tal-karozzini jilhġu u jintnu fis-sħana ta’ nofsinhar, lejn San Ġakbu, bħalma tagħmel kuljum, u kif tkun ħa tibda tielgħa t-taraġ tħares ’il fuq u tinduna li l-bieb magħluq, b’karta mwaħħla, the museum is closed for upkeep and will be re-opening tomorrow. »

https://aphroconfuso.mt/glorianne-micallef-l-għoxx-mera-tar-ruħ/

Hosted on Acast. See acast.com/privacy for more information.

Show more...
2 months ago
53 minutes 47 seconds

Aphroconfuso
Bur Mgħeż #5: Id-difna tal-memorji - Omar N’Shea

« Żoni ambigwi bħal dawk li kienu parti mill-apparat kolonjali f’Malta huma iktar diffiċli tagħmel sens minnhom minħabba li, mat-tluq tal-Ingliżi, kien hemm xi wħud li ma kellhom l-ebda idea ċara dwar is-sjieda tal-art. Ħafna ħassewhom intitolati għal biċċa plott u ma damux ma ħadu li sabu għalihom infushom biex jagħmlu d-dominju żgħir tagħhom. Missier Frans jgħidli li meta telqu l-Ingliżi, l-affordanza tal-bini mitluq, midrub, irvinat, kien hemm min fehemha b’mod li qabillu sew: spiss inkun miexi fl-imwarrab u ninnota, xhar wara xhar, sena wara sena, l-istrateġija li tiġi użata minn dawk li jfittxu jikkapparraw l-art għad-dominju żgħir tagħhom. Bħallikieku teżisti setta sigrieta li tgħallimhom l-istrateġija tal-approprjar bit-tfesfis: l-ewwel li jiġu mqiegħda huma serbut bricks tul il-perimetru tal-plott, imbagħad karozza żdingata jew xi dgħajsa mqarqċa bix-xemx, u wara t-tankijiet tal-ilma tal-ħamsin. Jinżergħu l-ful, il-buqari, u x-xtieli tal-ward. Imbagħad, bil-mod il-mod, jibdew jinbnew “strutturi temporanji”. Wara ftit, dawn l-istrutturi jiġu estiżi għal dawk permanenti bħal ħitan għolja li jaħbu l-attivitajiet tal-bini għaddejjin ġewwa. »

Ħajr lil Sharon Sultana u ’l-Mużew Nazzjonali tal-Arkeoloġija għall-aċċess biex stajt nieħu r-ritratti tal-fdalijiet. “Raħal/Barriera” ta’ Victor Fenech hija meħuda minn Sangraal, pubblikazzjoni Bugelli 1987. Fenech kellu x-xogħol “Raħal/Barriera” ta’ Emvin Cremona u kiteb il-poeżija dwaru. The Archaeology of Crete, il-ktieb ta’ John Pendlebury li tant influenza li J.D. Evans kien pubblikazzjoni Methuen 1939. Malta: The Maltese Islands and Their History ta’ Temi Zammit, kien ippubblikat mill-Malta Herald fl-1929. The Stone Age of Mount Carmel ta’ Dorothy Garrod et al, ħareġ f’żewġ volumi, bejn l-1937 u l-1939 u kien ippubblikat mill-Clarendon Press, f’Oxford. The Dawn of European Civilisation ta’ Gordon Childe, oriġinarjament ippubblikat fl-1925, huwa disponibbli f’edizzjoni ppubblikata minn Routledge fl-2013. Prehistoric Antiquity of the Maltese Islands: A Survey ta’ J.D. Evans kien ippubblikat mill-Athlone Press fl-1971. Għal dan l-esej ikkonsultajt Malta Before History : the world’s oldest free-standing stone architecture, Daniel Cilia editur, pubblikazzjoni Miranda 2004, kif ukoll Zammit of Malta ta’ Roger Ellul-Micallef , Allied Publications 2013. “Xbihat taż-Żmien” ta’ Marlene Saliba hija meħuda minn Xbihat tal-Antenati, li ħareġ fl-2011.

https://aphroconfuso.mt/omar-nshea-bur-mgħeż-5-id-difna-tal-memorji/

Hosted on Acast. See acast.com/privacy for more information.

Show more...
3 months ago
1 hour 14 minutes 12 seconds

Aphroconfuso
Invokazzjonijiet: il-ħames - Beverly Agius

Aphroconfuso,

jaqaw sirt taf li qed niktbek?

https://aphroconfuso.mt/beverly-agius-invokazzjonijiet-5-il-ħames/

Hosted on Acast. See acast.com/privacy for more information.

Show more...
4 months ago
1 minute 6 seconds

Aphroconfuso
Invokazzjonijiet: ir-raba’ - Beverly Agius

Aphroconfuso,

jaqaw sirt taf li qed niktbek?

https://aphroconfuso.mt/beverly-agius-invokazzjonijiet-4-ir-raba/

Hosted on Acast. See acast.com/privacy for more information.

Show more...
4 months ago
1 minute 16 seconds

Aphroconfuso
Invokazzjonijiet: it-tielet - Beverly Agius

Aphroconfuso,

jaqaw sirt taf li qed niktbek?

https://aphroconfuso.mt/beverly-agius-invokazzjonijiet-3-it-tielet/

Hosted on Acast. See acast.com/privacy for more information.

Show more...
4 months ago
1 minute 14 seconds

Aphroconfuso
Invokazzjonijiet: it-tieni - Beverly Agius

Aphroconfuso,

jaqaw sirt taf li qed niktbek?

https://aphroconfuso.mt/beverly-agius-invokazzjonijiet-2-it-tieni/

Hosted on Acast. See acast.com/privacy for more information.

Show more...
4 months ago
1 minute 16 seconds

Aphroconfuso
Invokazzjonijiet: l-ewwel - Beverly Agius

Aphroconfuso,

jaqaw sirt taf li qed niktbek?

https://aphroconfuso.mt/beverly-agius-invokazzjonijiet-1-l-ewwel/

Hosted on Acast. See acast.com/privacy for more information.

Show more...
4 months ago
1 minute 23 seconds

Aphroconfuso
Noti Editorjali: Ryan Falzon

« Jien dejjem għedt, jiena ħa nikteb fuq l-idea ta’ dominanza, fuq l-idea ta’ aggressjoni, fuq l-idea ta’ intrużjoni, invażjoni, permezz ta’ vettura u l-ħoss tagħha u l-kulur tagħha. Biss sibtni nikteb fuq xi ħaġa ħafna iktar doċli, ħafna iktar ratba. Sibt lili nnifsi nikteb fuq il-ħruġ tal-Ħadd waranofsinhar bil-karozza. Kienet għażla għax ħsibt ħafna fuqha, għax ovvjament il-ħruġ bil-karozzi llum il-ġurnata jsir ukoll. Il-Ħadd filgħodu kmieni huwa l-unika slott fejn wieħed jista’ joħroġ vettura klassika u ma jsibx daqshekk traffiku, forsi joħroġ ħafna iktar moħħu mistrieħ li mhux ħa jsib dak il-ġenn. Jekk għandu karozza ta’ preġju li tista’ tkun involuta f’aċċident... Imma jiena qed inħares lejn il-ħarġa klassika ta’ wieħed kiel, ħareġ il-karozza b’mod ċerimonjuż għall-aħħar, saq għal xi mkien, baqa’ fil-karozza. Ittratta l-karozza bħala estensjoni tad-dar, bħala kamra tad-dar, mar lura u daqshekk. Dan ġeneralment qatt ma ħareġ mid-dar, jiġifieri qisu baqa’ f’ambjent domestiku… Meta aħna ngħidu ħarġa l-Ħadd bil-karozza waranofsinhar ħafna drabi jiġu f’moħħna xi koppja anzjani jew koppja bit-tfal, biss ukoll hemm kultura fost iż-żgħażagħ li għadha b’saħħitha ħafna u kien ta’ faxxinu kif it-teknoloġija u l-avvanzi għenu biex il-karozza ġiet domestikata iktar minn qatt qabel. Jieħdu l-laptop magħhom jaraw Netflix fil-karozza u jġibu takeaway. Il-vettura li għandha l-potenzjal illi timxi u ddur u tiċċaqlaq tibqa’ statika, u vettura oħra tiġi sserviha. Jiena għalija dik hija affaxxinanti, il-fatt li qisek bqajt hemm, qisek litteralment qbadt kamra minn ġod-dar ħriġtha u poġġejtha xi mkien ieħor imma xorta bqajna fil-konfini tad-domestiċità. »

https://aphroconfuso.mt/ryan-falzon-poddata-2025-04-21-noti-editorjali-6-ryan-falzon/

Hosted on Acast. See acast.com/privacy for more information.

Show more...
6 months ago
53 minutes 10 seconds

Aphroconfuso
Il-Kastell - Leslie Vassallo

Minn fuq is-swar tal-belt

tara għoljiet imwieġ iħaddru — 

Irħula bojod u arbli ta’ knejjes ibaħħru.

Minn fuq il-fortizza

tilmaħ armati sofor ta’ lellux, ġarġir;

Fit-toroq qodma l-bizzilla minsuġa tal-belt;

Fi rkejjen, kull lewn tal-gżira jixxerred fuq tila.

...

https://aphroconfuso.mt/leslie-vassallo-il-kastell/

Hosted on Acast. See acast.com/privacy for more information.

Show more...
7 months ago
2 minutes 52 seconds

Aphroconfuso
Marċ Maqbuż - Leslie Vassallo

Ix-xitwa tmut hekk — 

Gżira — jew bastiment — jgħibu fiċ-ċpar;

Riefnu jiġbed nifs sagħtar — 

Berwieq għarwien fuq irdum,

wiċċ nemex tal-bużbież;

iħirsa — jew aħna — max-xifer.

...

https://aphroconfuso.mt/leslie-vassallo-marċ-maqbuż/

Hosted on Acast. See acast.com/privacy for more information.

Show more...
7 months ago
3 minutes 8 seconds

Aphroconfuso
Wirja - Leslie Vassallo

Immorru, ukoll, minn labirint toroq,

għal wirja ta’ pitturi, statwi — 

Qlugħ bojod f’ċpar ilwien jinbarmu;

swaba’ mwieġ deħlin fuq xatt mitluq:

U nofs dawra qaddisin martri

b’qillet ġrajjiethom f’idejhom, f’ħarsithom.

Mal-ħitan stqarrija safra trombi, platti, tnabar — 

...

https://aphroconfuso.mt/leslie-vassallo-wirja/

Hosted on Acast. See acast.com/privacy for more information.

Show more...
7 months ago
2 minutes 43 seconds

Aphroconfuso
Dwar sens ta’ ħarifa - Kurt Borg

« Nazzarda ngħid li l-esej biddilli ħajti u l-mod kif inħares lejha. Ngħid dan bir-riskju li dal-kliem jinstema’ klixè. Infatti, għalija l-esej bħala tip ta’ kitba jitgeżwer f’dan ir-riskju. Ħafna drabi, jien u nikteb l-esej, kien ikun hemm vuċi ġo fija li tgħidli: “Imma min se jimpurtah minn din il-kitba personali? Dawn il-memorji huma sinifikanti għalik biss.” Dan hu riskju reali ħafna. Li nista’ ngħid hu li jkun żball jekk l-esej personali jipprova jħares biss ’il ġewwa jew lura biex bħallikieku jaqbad xi ħaġa pura u verġni. L-esej sabiħ meta jkun kapaċi jfettaħ, iwessa’ u jespandi lil hinn mis-singolarità tal-Jien sabiex qarrej li ma jafekx jista’ jieħu xi ħaġa minnu. U minnek. »

https://aphroconfuso.mt/kurt-borg-dwar-sens-ta-ħarifa/

Hosted on Acast. See acast.com/privacy for more information.

Show more...
8 months ago
35 minutes 23 seconds

Aphroconfuso
Aċtu fl-Istonku - Loranne Vella

« It-te aħdar itiegħem ħażin, forsi għax mhux tajjeb nixorbu filgħodu. Il-bżar mixwi jeħilli fil-gerżuma. Ma rridx nibla’. Imma hemm tliet uċuh iħarsu lejja jien u nipprova nomgħod, ma rridx naqla’ fil-platt quddiemhom. Irrid norqod. Għajjiena dal-aħħar. Bħal meta nitħeddel bis-sħana waranofsinhar. Imma għadna Frar, mit-tieqa nara l-borra nieżla ħafif ħafif, forsi missni ntbaħt dakinhar. Fis-sodda nħossni aħjar. M’iniex f’sikkti. Barxa? Virus? Aċtu fl-istonku? »

https://aphroconfuso.mt/loranne-vella-aċtu-fl-istonku/

Hosted on Acast. See acast.com/privacy for more information.

Show more...
8 months ago
10 minutes 14 seconds

Aphroconfuso
Kullana ta’ għanjiet dwar il-ħolm: Forma numru sitta - Kris Polidano

« Il-Malti jitkellem dwar il-forom tal-verbi. Bl-istess mod, hemm il-forom ta’ kif nippożizzjonaw ruħna meta nkunu reqdin. Fil-forma nsibu l-kontenut — dal-prinċipju narawh fil-qasam tal-bini u f’dak ta’ kif infasslu l-għodod tal-komunikazzjoni tagħna. Il-forom tal-verbi jiddeterminaw it-tifsira. Bl-istess mod, il-forom ta’ kif norqdu u nindifnu kollha għandhom il-konnotazzjonijiet tagħhom. »

Din il-kullana nkitbet bħala parti minn The Sound of You Dreaming, wirja ta’ Paul Scerri fi Spazju Kreattiv, il-Belt, bejn is-17 ta’ Jannar u d-9 ta’ Marzu 2025. The Sound of You Dreaming jagħmel parti mill-programm ta’ Spazju Kreattiv 2024/2025, u huwa sponsorjat minn Arts Council Malta, bis-sapport ta’ Light Design Solutions, Valletta Contemporary Gallery, APS Bank, SAW Ltd, u Interior Outfitters.

https://aphroconfuso.mt/kris-polidano-kullana-ta-għanjiet-dwar-il-ħolm-9-forma-numru-sitta/

Hosted on Acast. See acast.com/privacy for more information.

Show more...
9 months ago
1 minute 55 seconds

Aphroconfuso
Kullana ta’ għanjiet dwar il-ħolm: Prefazju numru tlieta - Kris Polidano

narawh fil-qasam tal-bini u f’dak ta’ kif infasslu l-għodod tal-komunikazzjoni tagħna. Il-forom tal-verbi jiddeterminaw it-tifsira. Bl-istess mod, il-forom ta’ kif norqdu u nindifnu kollha għandhom il-konnotazzjonijiet tagħhom. »

Din il-kullana nkitbet bħala parti minn The Sound of You Dreaming, wirja ta’ Paul Scerri fi Spazju Kreattiv, il-Belt, bejn is-17 ta’ Jannar u d-9 ta’ Marzu 2025. The Sound of You Dreaming jagħmel parti mill-programm ta’ Spazju Kreattiv 2024/2025, u huwa sponsorjat minn Arts Council Malta, bis-sapport ta’ Light Design Solutions, Valletta Contemporary Gallery, APS Bank, SAW Ltd, u Interior Outfitters.

https://aphroconfuso.mt/kris-polidano-kullana-ta-għanjiet-dwar-il-ħolm-8-prefazju-numru-tlieta/

Hosted on Acast. See acast.com/privacy for more information.

Show more...
9 months ago
1 minute 40 seconds

Aphroconfuso
il-ġentrifikazzjoni tas-skiet - Nathan Anthony Pace

« tistenbaħ kakofoniku

tħawwad il-borma

tixgħel il-kitla

tgħalli litru ilma

trattab l-arja bil-kafè

fwiħtu tittraslokani fil-belt tal-balavostri mdewda

u l-frontispizji mnaqqxa biċ-ċikonji... »

https://aphroconfuso.mt/nathan-anthony-pace-il-ġentrifikazzjoni-tas-skiet/

Hosted on Acast. See acast.com/privacy for more information.

Show more...
9 months ago
3 minutes 13 seconds

Aphroconfuso
nonfoħ fil-kustilji allużjonijiet ġodda - Nathan Anthony Pace

« Tistaqsini jekk nemminx b’Ġesù Kristu imma l-kumplimenti kumplimenti jibqgħu, jiġu mingħand min jiġu. Ngħidilha li Ġesù Kristu żelaq min-nifs li nieħu bħad-dijossidu tal-karbonju u ma nafx għadx jerġa’ jidħol. Tgħidli li Alla nefaħ fil-kustilji t’Adam u ħoloq lill-mara u nħossha tifhimni. Nistaqsiha xi knisja tattendi u tgħidli li hi Mormona. Naqbdu nidħqu bil-ġuvintur bil-qomos bojod u l-qliezet suwed li żgur mhumiex tas-satin iċemplu l-qniepen tan-nies biex iwasslulhom lil Ġesù Kristu. Tgħidli li forsi tliftu għax ma sibtx komunità u ngħidilha li mhux għalhekk imma nkun qed nigdeb. »

https://aphroconfuso.mt/nathan-anthony-pace-nonfoħ-fil-kustilji-allużjonijiet-ġodda/

Hosted on Acast. See acast.com/privacy for more information.

Show more...
9 months ago
7 minutes 13 seconds

Aphroconfuso
Kullana ta’ għanjiet dwar il-ħolm: Forma numru ħamsa - Kris Polidano

« Il-Malti jitkellem dwar il-forom tal-verbi. Bl-istess mod, hemm il-forom ta’ kif nippożizzjonaw ruħna meta nkunu reqdin. Fil-forma nsibu l-kontenut — dal-prinċipju narawh fil-qasam tal-bini u f’dak ta’ kif infasslu l-għodod tal-komunikazzjoni tagħna. Il-forom tal-verbi jiddeterminaw it-tifsira. Bl-istess mod, il-forom ta’ kif norqdu u nindifnu kollha għandhom il-konnotazzjonijiet tagħhom. »

Din il-kullana nkitbet bħala parti minn The Sound of You Dreaming, wirja ta’ Paul Scerri fi Spazju Kreattiv, il-Belt, bejn is-17 ta’ Jannar u d-9 ta’ Marzu 2025. The Sound of You Dreaming jagħmel parti mill-programm ta’ Spazju Kreattiv 2024/2025, u huwa sponsorjat minn Arts Council Malta, bis-sapport ta’ Light Design Solutions, Valletta Contemporary Gallery, APS Bank, SAW Ltd, u Interior Outfitters.

https://aphroconfuso.mt/kris-polidano-kullana-ta-għanjiet-dwar-il-ħolm-7-forma-numru-ħamsa/

Hosted on Acast. See acast.com/privacy for more information.

Show more...
9 months ago
1 minute 42 seconds