Hosted on Acast. See acast.com/privacy for more information.
Hosted on Acast. See acast.com/privacy for more information.

« Żoni ambigwi bħal dawk li kienu parti mill-apparat kolonjali f’Malta huma iktar diffiċli tagħmel sens minnhom minħabba li, mat-tluq tal-Ingliżi, kien hemm xi wħud li ma kellhom l-ebda idea ċara dwar is-sjieda tal-art. Ħafna ħassewhom intitolati għal biċċa plott u ma damux ma ħadu li sabu għalihom infushom biex jagħmlu d-dominju żgħir tagħhom. Missier Frans jgħidli li meta telqu l-Ingliżi, l-affordanza tal-bini mitluq, midrub, irvinat, kien hemm min fehemha b’mod li qabillu sew: spiss inkun miexi fl-imwarrab u ninnota, xhar wara xhar, sena wara sena, l-istrateġija li tiġi użata minn dawk li jfittxu jikkapparraw l-art għad-dominju żgħir tagħhom. Bħallikieku teżisti setta sigrieta li tgħallimhom l-istrateġija tal-approprjar bit-tfesfis: l-ewwel li jiġu mqiegħda huma serbut bricks tul il-perimetru tal-plott, imbagħad karozza żdingata jew xi dgħajsa mqarqċa bix-xemx, u wara t-tankijiet tal-ilma tal-ħamsin. Jinżergħu l-ful, il-buqari, u x-xtieli tal-ward. Imbagħad, bil-mod il-mod, jibdew jinbnew “strutturi temporanji”. Wara ftit, dawn l-istrutturi jiġu estiżi għal dawk permanenti bħal ħitan għolja li jaħbu l-attivitajiet tal-bini għaddejjin ġewwa. »
Ħajr lil Sharon Sultana u ’l-Mużew Nazzjonali tal-Arkeoloġija għall-aċċess biex stajt nieħu r-ritratti tal-fdalijiet. “Raħal/Barriera” ta’ Victor Fenech hija meħuda minn Sangraal, pubblikazzjoni Bugelli 1987. Fenech kellu x-xogħol “Raħal/Barriera” ta’ Emvin Cremona u kiteb il-poeżija dwaru. The Archaeology of Crete, il-ktieb ta’ John Pendlebury li tant influenza li J.D. Evans kien pubblikazzjoni Methuen 1939. Malta: The Maltese Islands and Their History ta’ Temi Zammit, kien ippubblikat mill-Malta Herald fl-1929. The Stone Age of Mount Carmel ta’ Dorothy Garrod et al, ħareġ f’żewġ volumi, bejn l-1937 u l-1939 u kien ippubblikat mill-Clarendon Press, f’Oxford. The Dawn of European Civilisation ta’ Gordon Childe, oriġinarjament ippubblikat fl-1925, huwa disponibbli f’edizzjoni ppubblikata minn Routledge fl-2013. Prehistoric Antiquity of the Maltese Islands: A Survey ta’ J.D. Evans kien ippubblikat mill-Athlone Press fl-1971. Għal dan l-esej ikkonsultajt Malta Before History : the world’s oldest free-standing stone architecture, Daniel Cilia editur, pubblikazzjoni Miranda 2004, kif ukoll Zammit of Malta ta’ Roger Ellul-Micallef , Allied Publications 2013. “Xbihat taż-Żmien” ta’ Marlene Saliba hija meħuda minn Xbihat tal-Antenati, li ħareġ fl-2011.
https://aphroconfuso.mt/omar-nshea-bur-mgħeż-5-id-difna-tal-memorji/
Hosted on Acast. See acast.com/privacy for more information.