Home
Categories
EXPLORE
True Crime
Comedy
Business
Society & Culture
Health & Fitness
Sports
Technology
About Us
Contact Us
Copyright
© 2024 PodJoint
00:00 / 00:00
Podjoint Logo
US
Sign in

or

Don't have an account?
Sign up
Forgot password
https://is1-ssl.mzstatic.com/image/thumb/Podcasts116/v4/e0/c8/60/e0c860db-09da-af8f-9a2e-2ecd0223cce6/mza_3107896374278702688.jpg/600x600bb.jpg
Il-Ħass Mal-Bass
Kurt u Sarah
43 episodes
5 days ago
Il-poddata ideali għal min iħobb iħallat il-ħass mal-bass, miġjub lilkom minn Kurt u Sarah.
Show more...
Education
RSS
All content for Il-Ħass Mal-Bass is the property of Kurt u Sarah and is served directly from their servers with no modification, redirects, or rehosting. The podcast is not affiliated with or endorsed by Podjoint in any way.
Il-poddata ideali għal min iħobb iħallat il-ħass mal-bass, miġjub lilkom minn Kurt u Sarah.
Show more...
Education
Episodes (20/43)
Il-Ħass Mal-Bass
S2E18: Dating Apps, Ħbiberiji Diġitali, u Ħiliet Soċjali

Fl-episodju tal-lum nieħdu spunt minn brudatina li rċevejna mill-udjenza u nittrasformawha f’sessjoni taħraq tal-Qaħbarijiet. Kemm hu tal-bruda li tuża dating apps u tiltaqa’ mal-maħbubinu tiegħek online? L-ispazju diġitali qiegħed inaqqar mill-kapaċità tagħna ninteraġixxu wiċċ imb wiċċ? 


Kelliema: Kurt (IG @k.rt) u Sarah (IG @shreksb00b)

Logo: Félix (IG @felix.afc)

Mużika ta' ftuħ u għeluq: "Breaktime" ta' Kevin MacLeod (Liċenzja Creative Commons Attribution 3.0 Unported)

Show more...
1 year ago
1 hour 13 minutes 22 seconds

Il-Ħass Mal-Bass
S2E17: X'Jiġifieri Tkun Taf Tuża Lingwa "Sew"?

'Il fuq minn 40 episodju wara, illum fuq il-ĦMB nerġgħu niddedikaw it-tema ewlenija għas-suġġett inawgurali tal-poddata, jiġifieri l-lingwa Maltija u l-imġiba kultant bażwija tagħna fil-konfront tagħha. U nerġgħu nittantaw xortina b'segment tal-ftuħ miġbud live!


Kelliema: Kurt (IG @k.rt) u Sarah (IG @shreksb00b)

Logo: Félix (IG @felix.afc)

Mużika ta' ftuħ u għeluq: "Breaktime" ta' Kevin MacLeod (Liċenzja Creative Commons Attribution 3.0 Unported)

Show more...
1 year ago
1 hour 13 minutes 27 seconds

Il-Ħass Mal-Bass
S2E16: Video Games għal Video Gays – u ĦMB Live?

Lana del Rey veru kellha raġun meta ħarġet Video Games, u fl-episodju tal-lum huwa eżatt hekk li niddiskutu – minn logħob li kbirna bih fi tfulitna, għal-logħob li għadu jġegħilna nfaqqgħu ċ-ċenteżmi fil-but fuq Steam. UUUU, brudatina speċjali rrekordjata live quddiem udjenza spettakolari ta' 8 vittmi!


Kelliema: Kurt (IG @k.rt) u Sarah (IG @shreksb00b)

Logo: Félix (IG @felix.afc)

Mużika ta' ftuħ u għeluq: "Breaktime" ta' Kevin MacLeod (Liċenzja Creative Commons Attribution 3.0 Unported)

Show more...
1 year ago
1 hour 5 minutes 14 seconds

Il-Ħass Mal-Bass
S2E15: L-Oġġettifikazzjoni... u Kliem Ieħor Diffiċli

Fl-episodju tal-lum, Kurt u Sarah jitkellmu dwar kif huma stess jitkellmu dwar ħaddieħor, meta d-diskussjoni tieħu dawra kemxejn pikkanti. Kif inkunu rispettużi meta ngħidu li xi ħadd mazza jew tal-gdim, u xi jħoll u jorbot jekk diskors huwiex rispettuż jew le?


Kelliema: Kurt (IG @k.rt) u Sarah (IG @shreksb00b)

Logo: Félix (IG @felix.afc)

Mużika ta' ftuħ u għeluq: "Breaktime" ta' Kevin MacLeod (Liċenzja Creative Commons Attribution 3.0 Unported)

Show more...
1 year ago
1 hour 9 minutes 2 seconds

Il-Ħass Mal-Bass
S2E14: Il-Konfessjonijiet Imbarazzanti Tagħna Lkoll

F'dan l-episodju, Kurt u Sarah jaqraw u jiddiskutu l-konfessjonijiet anonimi li bgħattulna u jisfidaw il-limit ta' x'inhu wisq TMI u x'mhuwiex. Jikkwistjonaw ukoll il-volum esaġerat tal-mużika fil-gyms, u għalfejn tant ristoranti jinsistu li jservulek butir mal-ħobż li qisu blokka silġ.


Kelliema: Kurt (IG @k.rt) u Sarah (IG @shreksb00b)

Logo: Félix (IG @felix.afc)

Mużika ta' ftuħ u għeluq: "Breaktime" ta' Kevin MacLeod (Liċenzja Creative Commons Attribution 3.0 Unported)

Show more...
1 year ago
53 minutes 29 seconds

Il-Ħass Mal-Bass
S2E13: Xi Jqabbadkom Bruda? (Brudatina Special)

L-episodju tal-lum huwa miġjub minnkom l-udjenza, fejn insiru nafu aħjar xi jqabbadkom bruda u lmenti oħrajn li qed iberrnu f'raskom. Naqraw il-brudatini li bgħattulna, filwaqt li nħawru l-konverżazzjoni bi ftit brudatini tagħna stess.


Kelliema: Kurt (IG @k.rt) u Sarah (IG @shreksb00b)

Logo: Félix (IG @felix.afc)

Mużika ta' ftuħ u għeluq: "Breaktime" ta' Kevin MacLeod (Liċenzja Creative Commons Attribution 3.0 Unported)


Show more...
1 year ago
53 minutes 46 seconds

Il-Ħass Mal-Bass
S2E12: brat summer

Meta aħna ngħidu BUMPIN, into tgħidu THAT! Minn ilwien t'aħdar jgħajjat għall-aktar żifna popolari ta' bħalissa fuq TikTok, it-365 party girls jeżaminaw il-fenomenu ta' brat summer li ħakem l-isferi tal-media soċjali minn taħt grazzi għal omm il-gays kollha fid-dinja, Charli XCX.


Kelliema: Kurt (IG @k.rt) u Sarah (IG @shreksb00b)

Logo: Félix (IG @felix.afc)

Mużika ta' ftuħ u għeluq: "Breaktime" ta' Kevin MacLeod (Liċenzja Creative Commons Attribution 3.0 Unported)

Show more...
1 year ago
1 hour 4 minutes 44 seconds

Il-Ħass Mal-Bass
S2E11: Il-Bokka bl-Avukati u t-Tobba

Fl-episodju tal-lum (suppost) niddiskutu r-rumantiċizzazzjoni nazzjonali tal-kariġi ta' avukat u tabib, diskussjoni li xi ftit jew wisq tiżvolġi fi lmenti li jolqtu l-kura tas-saħħa u servizzi legali. Nistaqsu wkoll għaliex il-prezzijiet online huma tant differenti minn dawk li ssib fil-ħanut proprju, u l-infestazzjoni massakrabbli tan-nemel.


Kelliema: Kurt (IG @k.rt) u Sarah (IG @shreksb00b)

Logo: Félix (IG @felix.afc)

Mużika ta' ftuħ u għeluq: "Breaktime" ta' Kevin MacLeod (Liċenzja Creative Commons Attribution 3.0 Unported)

Show more...
1 year ago
1 hour 8 minutes 4 seconds

Il-Ħass Mal-Bass
S2E10: Vizzji, Logħob tal-Azzard, u "iGaming"

Fl-għaxarepisodjuversarju tat-tieni staġun, Kurt u Sarah jitfgħu d-damma għal saqajha u jittantaw l-opinjonijiet ta' xulxin fejn tidħol il-kultura tal-logħob tal-azzard li nfirxet madwar Malta. Jissoktaw ukoll il-brudatini mill-udjenza u anki brudatina mingħand Sarah issa li bdiet tieħu nota fiżika ta' kull avveniment f'ħajjitha li jiskomodalha l-istonku.


Kelliema: Kurt (IG @k.rt) u Sarah (IG @shreksb00b)

Logo: Félix (IG @felix.afc)

Mużika ta' ftuħ u għeluq: "Breaktime" ta' Kevin MacLeod (Liċenzja Creative Commons Attribution 3.0 Unported)

Show more...
1 year ago
1 hour 9 minutes 18 seconds

Il-Ħass Mal-Bass
S2E9: Nies Fitti Jiddiskutu Fitness u Kif Inħarsu lejn Ġisimna

Fl-episodju tal-lum, Kurt u Sarah iħarrġu l-kordi vokali tagħhom f'diskorsata li tolqot kollox marbut mal-eżerċizzju, mill-attività fiżika nnifisha għall-perċezzjoni li għandna lejn ġisimna bħala vettura miexja ta' laħam. Mhux hekk biss, iżda jinġiebu għall-ewwel darba brudatini esklussivi mingħandkom stess, l-udjenza brudeska tagħna!


Kelliema: Kurt (IG @k.rt) u Sarah (IG @shreksb00b)

Logo: Félix (IG @felix.afc)

Mużika ta' ftuħ u għeluq: "Breaktime" ta' Kevin MacLeod (Liċenzja Creative Commons Attribution 3.0 Unported)

Show more...
1 year ago
1 hour 6 minutes 5 seconds

Il-Ħass Mal-Bass
S2E8: Ħmerijiet Medjokri Ssejħilhomx Opri

Fl-episodju tal-lum, Kurt u Sarah jinfexxu f'diskorsata taħraq u kemxejn pikkanti fit-togħma dwar kemm aħna bħala pajjiż lesti naċċettaw il-medjokrità, in-nuqqas ta' rieda li nixprunaw il-kwalità, u l-ġlieda magħna nfusna biex inrendu xi ħaġa ta' sugu. Did-darba b'ŻEWĠ brudatini esklussivi mingħand Kurt!


Kelliema: Kurt (IG @k.rt) u Sarah (IG @shreksb00b)

Logo: Félix (IG @felix.afc)

Mużika ta' ftuħ u għeluq: "Breaktime" ta' Kevin MacLeod (Liċenzja Creative Commons Attribution 3.0 Unported)

Show more...
1 year ago
59 minutes 11 seconds

Il-Ħass Mal-Bass
S2E7: Il-Kultura Maltija X'Jagħmilha... Maltija?

Fl-episodju tal-lum Kurt u Sarah jiftħu diskussjoni dwar l-isfumaturi li jsawru l-kultura tal-Maltin... li inevitabbilment tiżvolġi f'riflessjonijiet dwar il-lingwa. Jiġu diskussi wkoll series li jgħibu minn fuq Netflix bla avviż jew twissija ta' xejn, u prezzijiet kwistjonabbli tad-deterġenti.


Kelliema: Kurt (IG @k.rt) u Sarah (IG @shreksb00b)

Logo: Félix (IG @felix.afc)

Mużika ta' ftuħ u għeluq: "Breaktime" ta' Kevin MacLeod (Liċenzja Creative Commons Attribution 3.0 Unported)

Show more...
1 year ago
1 hour 6 minutes 2 seconds

Il-Ħass Mal-Bass
S2E6: L-Aċċessibbiltà Fiżika u Lingwistika

Fl-episodju tal-lum, Kurt u Sarah jiddiskutu d-diversi sfumaturi marbutin mal-aċċessibbiltà u kif dan il-kunċett jissarraf (jew ma jissarrafx) Malta, u żewġ brudatini u nofs imnebbħa mill-ħajja riċenti ta' dawn iż-żewġ protagonisti omosesswali.


Kelliema: Kurt (IG @k.rt) u Sarah (IG @shreksb00b)

Logo: Félix (IG @felix.afc)

Mużika ta' ftuħ u għeluq: "Breaktime" ta' Kevin MacLeod (Liċenzja Creative Commons Attribution 3.0 Unported)

Show more...
1 year ago
1 hour 59 seconds

Il-Ħass Mal-Bass
S2E5: Vot għall-Ħass Huwa Vot għall-Bass

Nhar is-Sibt Malta toħroġ bi ħġarha tixħet il-vot, u allura xi żmien aħjar biex naqbdu parlata fuq l-elezzjonijiet li ġejjin? Kurt u Sarah jirriflettu fuq xi tfisser din l-elezzjoni għal Malta, il-kandidati prospettivi, u l-importanza li nhar is-Sibt ma noqogħdux id-dar insaqqu l-ħass.


Kelliema: Kurt (IG @k.rt) u Sarah (IG @shreksb00b)

Logo: Félix (IG @felix.afc)

Mużika ta' ftuħ u għeluq: "Breaktime" ta' Kevin MacLeod (Liċenzja Creative Commons Attribution 3.0 Unported)

Show more...
1 year ago
59 minutes 25 seconds

Il-Ħass Mal-Bass
S2E4: Il-Kakofonija tal-Kunjomijiet... u das-Salad Kif Ġieni €18?

Din il-ġimgħa għoġobna nkomplu nħarbtu t-tessut taż-żmien bl-episodju l-ieħor li SUPPOST kien intiż għall-ewwel staġun, iżda l-istaġun qatt ma fetaħ. Riflessjoni dwar in-natura u l-wirt tal-kunjomijiet, sparpaljati b'interventi dwar salads bi prezz eżorbitanti mill-ajruporti u t-temp orrendi ta' dan l-aħħar xahar.


Kelliema: Kurt (IG @k.rt) u Sarah (IG @shreksb00b)

Logo: Félix (IG @felix.afc)

Mużika ta' ftuħ u għeluq: "Breaktime" ta' Kevin MacLeod (Liċenzja Creative Commons Attribution 3.0 Unported)

Show more...
1 year ago
59 minutes 4 seconds

Il-Ħass Mal-Bass
S2E3: Il-Eurovision HUWA Konkors Politiku?

Il-Eurovision ta' dis-sena kien... interessanti, u l-ġrajjiet kwistjonabbli li saru matulu taw spunt lil Kurt u Sarah biex jidħlu fin-natura ta' xi jsawwar dan il-konkors. Tista' tippromwovi l-paċi u xorta waħda tagħlaq għajnejk mill-implikazzjonijiet politiċi?


Kelliema: Kurt (IG @k.rt) u Sarah (IG @shreksb00b)

Logo: Félix (IG @felix.afc)

Mużika ta' ftuħ u għeluq: "Breaktime" ta' Kevin MacLeod (Liċenzja Creative Commons Attribution 3.0 Unported)

Show more...
1 year ago
1 hour 4 minutes 22 seconds

Il-Ħass Mal-Bass
S2E2: Ix-Xjuħija, L-Anzjani, u l-Media Soċjali

Din il-ġimgħa nwasslulkom wieħed mill-episodji mitlufin li suppost ifforma parti mill-ewwel staġun ta' ĦMB – jew it-tieni staġun li suppost sar tliet xhur ilu. Kurt u Sarah jaqbdu konverżazzjoni eżistenzjali dwar ix-xjuħija u l-qrubija tal-mewt, filwaqt li jirriflettu fuq tipi ta' ikel li jqabbadhom ħruq ta' stonku.


Kelliema: Kurt (IG @k.rt) u Sarah (IG @shreksb00b)

Logo: Félix (IG @felix.afc)

Mużika ta' ftuħ u għeluq: "Breaktime" ta' Kevin MacLeod (Liċenzja Creative Commons Attribution 3.0 Unported)

Show more...
1 year ago
1 hour 9 minutes 33 seconds

Il-Ħass Mal-Bass
S2E1: Ejja Nagħmlu Kiki!

Wara erba' xhur stennija u wegħdiet mhux miżmuma, Il-Ħass Mal-Bass jerġa' lura b'textix iferfer! Biex ivaraw l-istaġun il-ġdid, Kurt u Sarah jingħaqdu flimkien għal naqra catch-up u mustarda dwar x'minnhom mill-bidu tas-sena 'l hawn.


Kelliema: Kurt (IG @k.rt) u Sarah (IG @shreksb00b)

Logo: Félix (IG @felix.afc)

Mużika ta' ftuħ u għeluq: "Breaktime" ta' Kevin MacLeod (Liċenzja Creative Commons Attribution 3.0 Unported)

Show more...
1 year ago
1 hour 12 minutes 2 seconds

Il-Ħass Mal-Bass
S1E25: Il-Crossover Tiegħi, Tiegħek u Tagħna (ma’ Keith u Craig)

Intemmu l-ewwel staġun ta' Il-Ħass Mal-Bass bil-kbir bl-aktar crossover antiċipat u mistenni bil-ħerqa tas-sena!

Ningħaqdu ma' Keith u Craig minn Tiegħi, Tiegħek, Tagħna f'din l-ewwel parti tal-kollaborazzjoni tagħna biex niddiskutu ftit dwar ir-riżoluzzjonijiet tas-sena l-ġdida u, fuq kollox, nimmassimizzaw l-omosesswalità konġunta bejnietna. Morru agħtu appoġġ, imħabba u titwila lil TTT fejn issibu t-tieni parti ta' din il-crackaġni!

Grazzi minn qalbna talli segwejtu Il-Ħass Mal-Bass dawn l-aħħar seba' xhur, nerġgħu ningħaqdu magħkom ma ndumux fi żmien xahrejn! (din kienet gidba)

Kelliema: Kurt (IG @k.rt) u Sarah (IG @shreksb00b), flimkien ma' Keith (@stjohn.mp3) u Craig (@c._raig) bħala TTT (@tieghi_tieghek_taghna)

Logo: Félix (IG @felix.afc)

Mużika ta' ftuħ u għeluq: "Breaktime" ta' Kevin MacLeod (Liċenzja Creative Commons Attribution 3.0 Unported)

Show more...
1 year ago
55 minutes 13 seconds

Il-Ħass Mal-Bass
S1E24: Kulma Rrid Għall-Milied Huwa Ftit Stabbiltà Mentali

Fl-episodju festiv tal-lum, Kurt u Sararah jitgeżwru  bix-xalel u l-iskufji u jferrgħu ċumnata sħuna sħuna biex jiddiskutu dak kollu marbut ma' żmien il-Milied. Jissemmew ukoll il-valuri Nsara vis-à-vis min jgħix bla saqaf fuq rasu, it-tifqigħa bla rażan tal-boutique hotels.

Kelliema: Kurt (IG @k.rt) u Sarah (IG @shreksb00b)

Logo: Félix (IG @felix.afc)

Mużika ta' ftuħ u għeluq: "Breaktime" ta' Kevin MacLeod (Liċenzja Creative Commons Attribution 3.0 Unported)

Show more...
1 year ago
1 hour 13 minutes 3 seconds

Il-Ħass Mal-Bass
Il-poddata ideali għal min iħobb iħallat il-ħass mal-bass, miġjub lilkom minn Kurt u Sarah.