
F’dan l-episodju, Luca Vella, detentur tar-Rekord Nazzjonali tal-Għawm, jingħaqad ma’ Aiden biex jitkellem dwar kif ilaħħaq bejn il-ħajja atletika tiegħu u l-istudji tan-nursing fl-Università. Huwa jitkellem dwar id-diffikultajiet li jiffaċċja, meta jkollu jċedi mill-għawm biex jikkonċentra fuq l-università u bil-maqlub, kif ukoll dwar kif il-ġranet tiegħu dejjem mimlijin sa ruħ ommhom.